Paul Giordimaina qasam fuq il-profil tiegħu messaġġ mill-isbaħ lil ommu l-għażiża hekk kif fakkar sena ilu meta ħarġu l-aħħar darba qabel faqqgħet il-pandemija u nbidel kollox ta' taħt fuq.
Paul jixħet żewġ ritratti prezzjużi ta' dik il-ġurnata qabel sfortunatament bħal anzjani oħra ommu kellha tibqa' ġewwa minħabba l-imxija tal-Covid-19. "Forsi dak il-jum jasal u nkun nista' nerġa' niġi għalik u noħorġu flimkien". Kellu bżonn ifakkarha xi ħaġa partikolari wkoll li fiha għandu x'jaqsam Andrew Zammit.
"...u tinsiex ma li nafu lil Andrew Zammit ikla u emminni mhux se jinsa jiġifieri aħjar neħlisuha". Ċajta ħelwa li żgur kieku jista' jiltaqa' magħha jgħidielha u jġiegħelha titbissem!
Kuraġġ Paul u kuraġġ lil ommok u lill-anzjani kollha li jinsabu 'l bogħod minn qrabathom! Xi darba dak il-jum jasal ukoll.