Floriana FC Jinsabu F'Luttu, Fl-Aħħar Sigħat Ġie Nieqes Publius Bartolo

Huma ħafna li qed isellmu l-memorja tal-eks-plejer leġġendarju ta’ Floriana Publius Bartolo wara li kmieni dalgħodu sar magħruf li ħalla din id-dinja. Hu kien lagħab l-ewwel logħba tiegħu fl-1964.





Publius Bartolo jew aħjar kif kien magħruf Pullu rnexxielu jagħmel l-avvanz għat-tim tal-kbar f’era tad-deheb meta Floriana FC ipproduċew l-ifjen plejers tal-futbol fil-logħba lokali. Eventwalment, wara li lagħab ma ma’ Floriana FC, Publius Bartolo lagħab ukoll għal Luqa St.Andrew’s F.C.



Illum il-ġurnata Publius kien magħruf sew fost il-komunità kollha tal-Floriana bħala s-sid tal-Bar u Restaurant Floriana FC Clubhouse Club. Dan verament juri l-imħabba u l-impenn dejjiemi li Publius kellu lejn il-klabb.

Facebook / Stefan Bartolo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI