Nhar it-Tnejn li għadda, Andreana DeBattista kienet mistiedna flimkien ma' Melanie Kelly fuq il-programm Bejnietna flimkien ma' Stephanie Chircop u Dulcima Aquilina. Wieħed jista' jidħol isegwi l-programm HAWN.

Fost l-affarijiet li ddiskutew, Andreana DeBattista u Stephanie Chircop spiċċaw jiddiskutu l-avventura tagħhom meta kantaw bħala Foxy Federation flimkien ma' Claudia Calleja u magħhom tiżfen fuq il-palk kellhom lil Sarah Agius.

Ritratt: NetOnDemand / Bejnietna

Andreana tgħid li għalkemm huma ħadu ħafna gost u t-tfajliet għadha ħabiba magħhom u kieku kellha taħdem mat-tim terġa' taħdem bla problemi ta' xejn għax vera ħadu gost, hi tgħid li kienet "flop kbira." Tant hu hekk li ħafna kienu baqgħu impressjonati, inkluż ħuha stess meta semagħha tkanta fl-ewwel programm ta' Min Imissu?

Carlos kien qallha ma kontx naf li taf tkanta daqshekk. Stephanie tgħid li dik is-sena kien hemm ħafna affarijiet kontriehom. Tant u hekk li huma jistqarru li l-esperjenza kienet tal-ġenn sakemm bdew deħlin il-punti u baqgħu b'xejn.

Hi tgħid, "ma morniex tajjeb dakinhar... imma morna ħażin." Il-kanzunetta żgur li tibqa' guilty pleasure!


Emil Calleja Bayliss