Ftit tal-jiem ilu ħabbarna li hemm diżgwid għaddej bejn Corazon u Trevor Zahra... milli jidher dan għadu għaddej. Corazon tellgħat ritratt minn ġewwa t-teatru, fejn insertat bilqiegħda filliera wara Trevor Zahra u tgħid li ma darx biex ikellimha.
Joseph Galea, kollaboratur tagħhom it-tnejn fuq StorjaKanta jinsab inkwetat u mħasseb dwar dan. F’post li qasam mas-segwaċi tiegħu, Joseph qal: “Ma niflahkomx u ma nafx x'ser jigri fl-14 ta' Settembru.” Żied ukoll qalb maqsuma, jidher li serja l-biċċa.
Ritratt: Facebook / Corazon
Trevor ħeġġeġ in-nies jattendu għal StorjaKanta – Il-Prova imma qal hekk: “Lili ċapċpuli kemm trid, imma għall-oħrajn ġibu t-tadam mifqugħ u l-bajd ... (tal-ostrich)!!!” Anke omm Corazon spiċċat tirribatti fuq Facebook, Mariella tidher iddispjaċuta u qalet li imnalla ma kinitx hemm.
Ir-risposta ta’ Trevor kienet: “Jien ngħidlek kien ikun aħjar li kieku ġejt, forsi kien jirnexxilek trażżanha ftit lil "dik". Joseph taħt l-istess kumment saqsa lil Mariella kif jista’ jaħdem hekk. Miskin spiċċa fin-nofs ta’ dawn it-tnejn.
StorjaKanta – Il-Prova ħa jsir fl-14 ta’ Settembru bħala parti mill-Evenings on Campus, hija l-aħħar serata għal din is-sena u jidher li ħa tispiċċa bit-trikki trakki! Tistgħu ssibu l-biljetti għal din is-serata minn hawn.
Facebook / Corazon