Ftit minuti ilu l-Membri Parlamentari tar-Renju Unit għadhom kif ivvotaw favur il-legaliżazzjoni tal-proċess ta' mewta assistita.
Dan ifisser li persuna tingħata d-dritt li bil-volontà tagħha tagħżel li ttemm ħajjitha bl-assistenza ta' xi ħadd ieħor. L-għan ta' dan il-proċess huwa li wieħed jingħata l-għażla li jevita t-tbatija fiżika speċjalment jekk ikun ibati minn xi marda terminali.
B'reazzjoni għal dan, l-Arċisqof Malti Charles J Scicluna esprima d-diżaprovazzjoni tiegħu filwaqt li appella sabiex wieħed jirrikorri għal "kura paljattiva" minflok.
Intom taħsbu li l-istess liġi għandha tiddaħħal f'pajjiżna?
Ritratt: RTK 103