Division 7 illum neddew l-itwal trailer bi promozzjoni għal-istaġun li jmiss! Tkellimna ma' Jason Zerafa u staqsejnieh fuq l-istaġun ta' din is-sena! Fostom jekk hux ħa naraw lil omm Amir tiġi maqtula!
"Nista ngħidilkom żgur hu li ser tkunu tafu mal-ewwel episodju jekk qatilhiex jew Amir rnexxilux jkun hemm fil-ħin biex jsalva s-sitwazzjoni.
Din is-sena Division 7 mistenni jkun l-aqwa staġun hekk kif skond Jason, "fl-ewwel episodju tagħna ser naraw xi ħaġa li fuq it-televiżjoni Maltija qatt ma dehret".
Nistennew u naraw! Sadanitant gawdi l-ewwel trailer twil ta' din is-sensiela.