L-attivist lokali Fabio Spiteri, li kontinwament jaħdem favur il-ħarsien u l-benessri tal-annimali, għadu kemm għamel pass mill-isbaħ f'ħajtu. Nhar il-Ħadd li għadda hu u l-imħabba ta' ħajtu qalu s-signor si.
Ħabbar dan fuq il-midja soċjali kif ukoll qasam xi ritratti miċ-ċelebrazzjoni. Xi ħaġa li ħafna ggostaw kien il-kejk, li jinkludi klieb ħelwin jittawlu minn taħtu. Din turi biċ-ċar l-imħabba ta' Fabio għal dawn il-ħlejjaq innoċenti.
Nawgurawlhom minn qalbna!