Kemm ila li bdiet il-pandemija tal-Covid-19 madwar id-dinja, fl-Awstralja saru diversi lockdowns u ħafna minn nies jidher li ddejqu b’dan.

Eluf ta’ nies qed jinġabru f’diversi bliet fl-Awstralja, fejn dawn qed jipprotestaw kontra l-lockdowns wara li l-Gvern reġa’ daħħal diversi miżuri biex tiġi kkontrollata l-pandemija. Ir-rata ta’ każijiet pożittivi fl-Awstralja reġgħet żdiedet minħabba l-impatt tal-varjant Delta u anke għax għandhom rata verament baxxa ta’ vaċċinazzjoni, fejn 14% biss tal-popolazzjoni ħadu t-tilqima.

 Jidher ukoll li xi nies li bdew jipprotestaw ġew arrestati mill-pulizija.


Henzley  Bezzina