L-attriċi Joanne Busuttil li hi wkoll għalliema, dalgħodu ħalliet messaġġ ħelu fuq il-midja soċjali tagħha. Messaġġ li wera l-entużjażmu tagħha li tista' fl-aħħar tirritorna għal xogħolha, dak ta' għalliema. Xogħol li ħafna nies jagħmluh b'devozzjoni kbira.

Hi kitbet, "Fl-aħħar lura l-iskola! Fl-aħħar il-ġurnata li ilna nistennew waslet! Għeżież Mulej, jekk jogħġbok għinna nistabbilixxu ruħna lura fir-rutina ta' kuljum tagħna. Jekk jogħġbok żomm il-kollegi tiegħi kollha u l-istudenti ħelwin tagħna siguri."

Aħna f'isem it-tim kollu nawguraw lill-għalliema kollha li llum u fil-jiem li ġejjin ħa jkunu qed jirritornaw lura fil-klassi.

Facebook / Joanne Busuttil


Emil Calleja Bayliss