Il-preżentatur Liam Carter irnexxielu jwettaq pjan li kellu fil-karriera tiegħu hekk kif l-aħħar episodju li xxandar mill-programm tiegħu Carter Jirrapporta, sar minn ġewwa l-Libja. Liam jgħid li minn dan l-episodju rnexxielu jitgħallem ħafna minn dan id-dokumentarju li għamel fil-Libja u jgħid li servieh bħala turija li bil-perseveranza tasal dejjem!

Għaddew propju 10 snin minn avveniment li ħalla marka fl-istorja, dak tar-rivoluzzjoni. Id-dokumentarju iffoka wkoll fuq ir-reġjun ta' Yafran, parti ewlenija fir-rivoluzzjoni tal-2011. Il-programm xandar anke intervisti ma' tliet eks rivoluzzjonarji.

Tista' ssegwi dan id-dokumentarju on demand billli tagħfas HAWN


Kyle Zarb