Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Mariella Pace Asciak żammet lis-segwaċi tagħha aġġornati b’dak li għaddejja minnu, hekk kif ftit tal-ħin ilu irritornat lura lejn darha.

Bdiet billi qalet, “Fl-aħħar lura d-dar f’ambulaza wara disat ijiem ġewwa Mater Dei wara operazzjoni kbira b’ħafna kumplikazzjonijiet. Ġara kollox malajr wara xhur twal ta’ uġiegħ insapportabbli, imma qatt ma immaġinajt li ser ikolli nagħmel operazzjoni.”

Żiedet, “għadu m’għaddiex kollox. Xorta fadalli bejn 5 u 7 ġimgħat ta’ rikoverazzjoni, jiġifieri nista biss inqum bilwieqfa jew inkella minduda mingħajr ma npoġġi bilqiegħda. Hija sfida, imma bl-għajnuna tal-familja speċjalment ta’ żewġi u ħafna determinazzjoni, ser jirnexxieli.”

Kompliet billi qalet, “Grazzi lil dawk kollha li offrew it-talb għalija. Iva, t-talb f’saħħtu. Grazzi kbira lil Alla. Grazzi kbira wkoll tmur għat-tobba kollha speċjalment Mr.Zrinzo, l-infermiera, l-istaff kollu tad-dipartiment newrokirurġiku ta’ Mater Dei. Alla jberikkhom kollha.

Mit-tim ta’ Gwid.mt nawgurawlha fejqan ta’ malajr!

Facebook/Mariella Pace Asciak


Charlton Cefai