Jason Micallef jaqsam ritratti mill-isbaħ tax-xogħol li għadu kif tlesta ġewwa Ta' Qali! Hu jikteb, "Fl-aħħar jiem tlesta parti mix-xogħol fil-bini mill-ġdid, inkluż servizzi taħt l-art fuq it-triq ewlenija f'Ta' Qali. Triq li kienet ilha fi stat diżastruż għal ammont ta' snin."

Hu jkompli, "Dal-weekend se tkun qed tinfetaħ għall-pubbliku, waqt li x-xogħol se jibqa' għaddej sakemm titlesta kompletament. Dax-xogħol infrastrutturali kbir f'Ta' Qali qed iseħħ grazzi għall-akbar riġenerazzjoni li qatt ra Ta' Qali u għall-impenn tal-Ministeru tax-Xogħlijiet pubbliċi taħt it-tmexxija tal-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi."

Xogħol mill-aqwa li żgur ħafna ħa jgawdu l-frott tiegħu! Xogħol li verament kellu bżonn isir u ċerti li la darba tkun kompluta minna kollox, il-poplu ħa jkun jista' japprezza aktar ix-xogħol li sar fuq dan il-proġett.

Qed naraw diversi xogħlijiet isiru fuq Ta' Qali, post li joffru tant lill-poplu Malti u b'hekk ċertament li ħa napprezzaw aktar il-ħidma li qed issir!

Facebook / Jason Micallef


Emil Calleja Bayliss