Jekk qiegħed fuq TikTok, mela bilfors iltqajt ma' wieħed mill-filmati ta' Stefan Germanotta. F'kull filmat li jtella' Stefan jimita' lil Eileen Montesin. Permezz ta' Lip Sync, Stefan jaqbad mumenti ħelwin ta' Eileen li jkunu dehru fil-programm, 'Family Affair' jew inkella minn fuq Instagram u jagħmel mima. Dan wieħed minnhom: 

@mrstefangermanotta

♬ original sound - Stefan Germanotta

Nhar is-Sibt li ġej fil-programm Sibtek ser ikun hemm bosta mistednin, fost dawn hemm Stefan Germanotta. iżda b'sorpriża ser naraw lil Eileen Montesin u tgħidilna x'taħseb fuq dan l-attur daqshekk tajjeb. Tgħid idejjaqha? 

Sibtek ser jirritorna bi kbir, b'dehra ġdida, b'ħin ġdid u b'affarijiet eċitanti. Għalhekk ħerqanin biex nhar is-Sibt li ġej fis-13:15 insewgu Sibtek fuq TVM.


Anthony Baldacchino