Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għadu kif temm is-sehem tagħhom fil-kampanja Safety Days organizzata minn Roadpol – European Roads Policing Network. Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom esprimew il-gratitudni tagħhom għal dawk kollha li pparteċipaw u qalu wkoll li l-ħidma tagħhom se tibqa’ għaddejja.

"Irridu nesprimu l-gratitudni tagħna lil kull min ingħaqad magħna fil-qsim tal-posts ta’ għarfien tagħna matul din il-ġimgħa," huma qalu.

“Fl-2023, ħriġna ‘l fuq minn 3,600 ċitazzjoni lil sewwieqa li nqabdu jużaw il-mobiles tagħhom waqt is-sewqan u/jew ma kinux fil-kontroll sħiħ tal-vetturi tagħhom. Dawn l-azzjonijiet ittieħdu biex jipproteġu l-ħajjiet u jiżguraw vjaġġi sikuri għall-utenti kollha tat-triq.”

“Filwaqt li l-ġimgħa tal-kampanja ddedikata waslet fi tmiemha, il-Pulizija ta’ Malta se tkompli bl-isforzi tagħha biex it-toroq ikunu aktar sikuri s-sena kollha.”

Facebook/The Malta Police Force


Bernard Xuereb