Fuq il-programm Distintivi, li jixxandar fuq One TV, ġie diskuss is-suġġett rigward ir-reklużjoni fil-Faċilita Korrettiva Ta’ Kordin.

Ir-reklużjoni huwa wieħed mill-kastigi li jistgħu jingħataw lil priġunieri fil-ħabs minħabba imġieba ħażina. Min jingħata dan il-kastig jiġi maqful waħdu ġewwa ċella mingħajr ma jidħol ħadd ħdejh ħlief għal xi servizz jew b’awtorizzazzjoni. Infatti, Kurt jispjegalna li fl-2011 f’Malta kien hemm priġunier li weħel 61 ġurnata ta’ iżolament f’ċella wara imġieba ħażina.

Fuq nota satirika, waqt ir-rokna vojta tal-programm, Luca Lorenzo wkoll ta spjegazzjoni tar-rekluzjoni.

Kemm Luca u kemm Kurt qablu li kull min jagħmel il-ħażin ħaqqu jpatti ta’ għemilu, imma jsaqsu jekk hemmx modi oħra differenti mir-rekluzjoni sabiex wieħed ikun jista’ jpatti jekk iġib ruħu ħażin ġewwa l-ħabs.


Henzley  Bezzina