Il-kantanta Moira Stafrace tellgħet ritratt fuq Facebook tagħha u ta’ Chris lura fl-1993. Ir-ritratt huwa meħud f’Cork, l-Irlanda, fejn sar il-Eurovision tal-1993 u huwa fejn verament iltaqgħu.
“Fl-1993…meta verament iltqajna, Cork, l-Irlanda,” hi kitbet, “inżidu mal-hype tal-Eurovision.”
Ħafna nies li kkumentaw kitbu kemm minn dejjem kienu jidhru koppja ferħanin u ħelwin.
Dan ir-ritratt żgur hu għall-qalb Moira hekk kif huwa memorja mill-isbaħ tagħhom it-tnejn u l-bidu tal-imħabba tagħhom. Moira żgur li se tibqa’ tgħozz dan ir-ritratt għal dejjem!
Facebook/Moira Stafrace