Irċevejna dan ir-ritratt u ħsibna biex naraw x'jaħsbu l-qarrejja tagħna ta' Gwida.mt. Dan ir-ritratt allegament ittieħed madwar is-sitta ta' flgħaxija, ħin li ħafna minnha jkunu staġnati fit-traffiku.
Forsi xi ħadd idur biż-żiemel hi l-inqas ħaġa li tistenna li tara f'dak il-ħin. Biex ngħidu kollox, dan ir-ritratt jidher li hu fi triq sekondarja, li hi traffikuża xorta waħda. Żgur li ta' min wieħed ifaħħar lis-sinjur li ħareġ biż-żiemel li libes il-flokk isfar biex jiġbed l-attenzjoni ta' dak li jkun.
Naqra stramba kif il-persuna li qiegħda tiggwida liż-żiemel fl-istess ħin qiegħda tiggwida ssuq ir-rota. X'taħsbu dwar dan? Taħsbu li normali jew forsi jista' faċilment jinħoloq xi inċident?