Is-sajf tista' tgħid li sar sinonimu ma' mużika ġdida. Mużika ġdida li ssib ruħha fuq l-istazzjonijiet tar-radji lokali biex titgawda minn dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mużika minn artisti lokali. Dawn huma l-kanzunetta ġodda li ħarġu tul ix-xahar ta' Lulju. Xelta varjata mmens li żgur fiha ħa ssib xi ħaġa li tolqot il-gosti tiegħek.

Fix of You - Red Electric

How Are You? - Ethan

Keep Going On - Dario

La Titlaqx - Kapitlu 13, Danica Muscat u Maria Cini

Love Me Like - Enya Magri

Richochet - Dre

La Stessa Lingua - Emma Muscat ft. Blas Canto

Trippin' - Lyndsay

Żiffa Sajfija - Andrew Zammit

Barra minn hekk, fix-xahar ta' Lulju sar il-festival L-Għanja tal-Poplu fejn is-sittax-il kanzunetta kellhom filmat mużikali u ġew imnedija ukoll fix-xahar ta' Lulju. Dawk kollha li jixtiequ jisimgħu l-kanzunetti f'dan il-festival jistgħu jidħlu HAWN.

Tul ix-xahar ta' Lulju wkoll, tnediet playlist fuq Spotify u pjattaformi diġitali oħra ta' kanzunetti bil-Malti li qed jagħmlu ħoss. Kanzunetti li ġa smajna iżda jidher li hemm domanda għalihom u b'hekk ġew miġbura fi playlist waħda. Wieħed jista' jaċċessa din il-playlist billi jidħol HAWN


Gwida.mt