Fis-16 ta' Frar 2003 fis-sezzjoni Ċ ta' taħt is-sittax kien hemm logħba Santa Venera kontra Msida Saint Joseph. Fil-Lineup ta' dak iż-żmien kien hemm jilgħab bħala goal keeper Bjorn Formosa għat-tim tiegħu tal-Msida.

Dakinhar Bjorn u t-tim tiegħu kien tilef, iżda mur għidlu x'kellu jiġrilu ftit wara. Bjorn għamel għal ħafna żmien jilgħab bħala goalkeeper. "Meta kont żgħir qatt ma bsart li xi ħaġa ħażina kienet ser tiġrili. Imma wara ġratli u ridt nagħmel xi ħaġa dwarha. Il-Ħajja taf tkun diffiċli imma dejjem hemm xi ħaġa x'nistgħu nagħmlu!" qal Bjorn dalgħodu. 

Issa Bjorn qed jiġġieled f'logħba oħra, din id-darba kontra l-ħin u t-tim avversarju hu ġismu stess. Iżda xejn mhu ser jaqtalu qalbu sabiex fis-27 ta' Settembru jkompli jiġbor għat-tieni dar tiegħu.

Int ser tgħinu jirbaħ?

Ċempel 51002017 għal €20 jew 51902075 għal €50.

Inkella ibgħat SMS fuq 50618936 għal €6.99 jew 50619271 biex tagħti donazzjoni ta' €11.65


Anthony Baldacchino