Ġimgħa ilu Gabriella Cassar Meli kellha appuntament l-isptar u sfortunatament ġrat xi ħaġa li weġġgħatha mmens. Hi talbet li dawn l-affarijiet m'għandhomx jiġu tollerati u jidher li l-awtoritajiet għamlu xogħlhom u widdbu lill-persuna li parlat żejjed biex tiskuża ruħha għall-kliem li qalet lil Gabriella.

"Nixtieq nirringrazzja lill-management ta' MDH, G4S u lill-pulizija. Kienu t'għajnuna u sapport fil-każ li kelli mas-security ġewwa MDH u wrewni li ma jridux li dawn l-affarijiet jirrepetu ruħhom. Nixtieq nirrangrazzja lill-WPS 215 li ħadet ħsieb il-każ, fejn iltqajt mas-security u talbitni skuża. Din tidher li tgħallmet mill-każ."

Fuq il-profil tagħha Gabriella għamlitha ċara li m'għandha l-ebda mibgħeda lejn din il-persuna li żbaljat, u tgħid li ħafritilha. "Ħfirtilha għax l-iskop mhux li nagħmlilha l-ħsara, imma li jkun hawn għarfien u wieħed jaħseb qabel jitkellem. Il-Ħamis erġajt mort gynae u s-security li laqgħetni qaltli 'idħol sinjura'"

J'Alla affarijiet bħal dawn jieqfu u kulħadd jitgħallem minn dan il-każ u jrażżan paroli li jweġġa' lil dak li jkun. Prosit Gabriella tal-eżempju tajjeb li qed tagħti! 


Kyle Zarb