Il-Kantanta Rachel Fabri jidher li għandha sena impenjattiva mhux ħażin quddiemha hekk kif apparti l-ħajja normali li diġà hija mimlija sew, fir-Rebbiegħa li ġejja ser terġa ssir omm. Dan ħabbritu fuq facebook fejn qalet li qed tistenna ħerqana għar-Rebbiegħa li jmiss u li l-familja tagħha; minn dik ta' 3 se ssir b'4 membri.

B'mod ħelu siltet vers mill-musical Seven Brides For Seven Brothers: “Ma Nature’s lyrical, with her yearly miracle...Spring, spring, spring!” Ta' dan aħna minn Gwida.mt nawgurawlek Rachel, lilek u l-familja kollha.

Iżda apparti dan kollu, Rachel għaddejja b'bosta proġetti oħra fosthom dak fejn qed tirrekordja mużika li hija għal qalbha ħafna ma' ħbieb speċjali u dan, għal għan ġust. Qed insegwuk Rachel! Rachel hija wkoll għalliema fi Studio 18. Bilħaqq, jekk għal San Valentinu għadkom ma ħsibtux x'ser tagħmlu, Rachel ser tkun qed tkanta ma' bosta artisti oħra fis-sala Robert Sammut fl-Università ta' Malta.

Ritratt: Facebook/ Rachel Fabri


Clifford Galea