Bħalma tafu, jew għall-inqas żgur li ħassejtu, illum f’Malta bdiet it-tieni mewġa tas-sħana, bl-ogħla temperatura ta’ 35°Cli kienet tinħass daqslikieku kienet 38°C.  Fil-fatt, is-sħana qed tagħmel tagħha f’ħafna pajjiżi Ewopej f’dan iż-żmien.

Madanakollu, il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna tellgħet kitba li żvelat sitwazzjoni totalment opposta minn dak li qed naffaċċjaw f’pajjiżna.  Dan hekk kif “fil-parti l-oħra tad-dinja tkejlet l-aktar temperatura kiesħa ta’ kull żmien għal Ġunju fi New Zealand.”  It-temperatura kienet -8.6°C! 

Għaldaqstant kienu ħafna Maltin li fil-kummenti ta’ din il-kitba wrew ix-xewqa li minflok fis-sħana ta’ Malta, bħalissa qegħdin fi New Zealand... Iżda kulħadd b’xortih fid-dinja.  X’aktarx li b’ kesħa tremenda bħal dik, ingergru wkoll.  Tajjeb li nsibu l-pożittiv f’kull sitwazzjoni!

NZ

Ritratt: Facebook / It-Temp Madwarna


Marija Bellia