Fuq il-profil tiegħu l-preżentatur Brian Hansford qasam ħsieb dwar dak li għadda minnu qabel preżenta programm ieħor ta' Realtà. Sfortunatament kien involut f'inċident u naturalment ma kinitx faċli li jkompli qisu xejn mhu xejn.

"Siegħa wara li kont involut f'inċident kont qed nippreżenta Realtà. Filwaqt li kont nidher normali (qaluli) fuq it-TV, minn ġewwa ma kontx. Kelli uġigħ inspejgabbli iżda qabel bdejt staqsejt lil Missieri u lil Alla jgħini u hekk għamel tul ir-recordings (erba' sigħat)."

Brian ikompli, "Mhux qed nikteb biex niġbed simpatija, jien mhux simpatija jew fejqan malajr għandi bżonn, jien okish. Qed nikteb dan 'l għada biex naqsam l-esperjenza tiegħi biex dejjem tgħozzu lil maħbubin tagħkom li marru għal ħajja oħra, tgħidx ħajjitkom spiċċat imma int se tkompli tagħmilhom kburin bik, ser tkompli tkun ta' eżempju."

Wara esperjenza bħal din Brian kompla jikkonferma kemm dawk li jħallu din id-dinja, jibqgħu iħarsuna mill-ġenna, bħal ma kienu jħarsuna meta kienu magħna. Brian jagħlaq billi jagħmel kuraġġ lil kull min għaddej minn sfidi diversi f'ħajtu.

"Illum nifhem il-preżenza inspjegabli li ħassejt ta’ missieri ftit jiem qabel, mur għidli li kellu jkun sinjal li kollox kien se jkun ok. Veru l-istorja hija tiegħi iżda il-messgg li jrid inwassal mħux għal simpatija lejja imma għal dawk li qed jbatu fis-silenzju. Kuraġġ."


Kyle Zarb