Iċ-ċkejken Julian, it-tifel ta' Stephanie u DJ ta' Vibe FM JD Patrick għalaq sena llum! Bħala tifkira fl-ewwel sena, Steph qassmet filmat ta' Julian bl-aktar mumenti ħelwin! Hekk kif qalet lil JD li kien ser ikollhom tarbija, l-festin tal-Ġeneru, It-Twelid u saħansitra meta spiċċa fuq il-qoxxra ta' GWIDA.
JD u Steph kitbulu, "Int daħħaktna, bikkejtna, għamiltna ferħanin u beżżajtna, kollox f'daqqa". Iddiskrivew lill-binnhom Julian bħala ferrieħi, jidħaq il-ħin kollu, jħobb jesplora u bi tbissima li tgħaxxqek! Sab lil min jixbaħ għax it-tnejn li huma għandhom l-istess karattru!
Awguri Julian!