Illum, propju fid-29 tax-xahar t’Awwissu Belle tagħlaq 29 sena. B’hekk dan huwa l-faqsitu speċjali tagħha. Il-ħabib ta’ Belle, Ryan, ħadem filmat bħala sorpriża għaliha fejn fih isemmi ftit mill-aqwa karatteristiċi li jagħmlu lil Belle il-persuna li hi.

Fost l-oħrajn Ryan jiddeskriviha bħala stilla, omm u persuna b’qalb tad-deheb li hija mimlija enerġija u ferħ u li hi maħbuba minn bosta persuni. Ryan jagħlaq il-filmat permezz ta’ filmati ta’ Christabelle, fost l-oħrajn b’siltiet mill-live shows li hi tagħmel fuq Facebook. Tista' tara l-filmat HAWN.

Il-Live Shows ta’ Belle saru famużi waqt il-pandemija tal-Covid-19, meta Belle bdiet toħroġ live fuq Facebook b’mod regolari bil-għan li żżomm kumpanija li dawk li kienu qed iqattgħu siegħat twal mgħaluqin fi djarhom.

Facebook / BELLE Live Shows


Maria  Desira