Dan il-filmat spiċċa jdur il-mezzi soċjali u ħafna gergru li qed jagħmel pubbliċità ħażina lil pajjiżna, u ngħiduha kif inhi minn banda għandhom raġun. Iżda li ħafna ma jafux hu l-fatt li jeżisti filmat ieħor mill-istess persuna li wieħed jista' jsib fuq YouTube fejn jagħti raġunijiet għala wieħed għandu jiġi joqgħod Malta. 

Fil-filmat isemmi dawn ir-raġunijiet għala wieħed m'għandux jiġi jgħix Malta jgħid:

  • Malta hi żgħira, żgħira ħafna
  • Il-prezzijiet tal-proprjetà u l-kera huma għoljin
  • It-temp u n-nuqqas ta' postijiet naturali
  • Il-proċess ikkumplikat biex tiftaħ kont tal-bank
  • Il-futur ta' Malta mhux wieħed sigur

Fil-filmat l-ieħor isemmi dawn ir-raġunijiet għala wieħed għandu jiġi jgħix Malta:

  • Ix-xemx
  • Il-baħar
  • Iċ-ċans li tiltaqa' ma' diversi nies u faċli biex tissoċjalizza
  • Ix-xogħol, wieħed faċli li jsib jaħdem ġo Malta 
  • Is-sigurtà u l-libertà fil-pajjiż

F'punti minnhom għandu raġun, forsi f'oħrajn ftit inqas jew kważi xejn. Imma kull persuna bl-opinjoni tiegħu u għandu kull dritt jixħet dak li jħoss dwar Malta, pajjiż li ilu jgħix fih għal ftit snin.  Kif jistqarr fil-filmat bħalissa qed jaħsibha biex jitlaq għax hu ġej minn pajjiż ferm akbar. 

Intom taqblu ma' dak li qal jew taħsbu li qed imaqdar wisq? Nieħdu gost nisimgħu x'taħsbu intom, il-qarrejja ta' Gwida.mt!


Emil Calleja Bayliss