Division 7 ħa jkun qed jirritorna għas-seba' staġun, id-drama li ħakmet l-immaġinazzjoni tal-udjenza ħa tirritorna. Fil-ħarġa ta' din il-ġimgħa tal-Gwida, wieħed ħa jsib intervista ma' Jason Zerafa.

Aħna ta' Gwida ħadna l-opportunità nitkellmu miegħu sabiex niskopru ftit aktar dwar kif ħa tkompli tiżvolġi l-istorja u x'hemm jistenna lill-karattri. Kellna ċ-ċans ukoll nitkellmu ma' dawk it-tliet karattri, u skoprejna ftit fuqhom ukoll.

Dawk li jsegwu din id-drama għandhom xalata f'kelma waħda, imma dawk li ma jsegwux ngħidulhom sabiex ituha titwila wkoll għax taf b'dak li ħa taqraw titħajru sabiex tibdew isegwu din id-drama.

Insomma jekk tinsabu kurjużi għal dak li għandna nsitennew għandkom iċ-ċans li tiskopru dan u ħafna aktar fil-Gwida ta’ din i-ġimgħa li ssibu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin minn nhar l-Erbgħa 25 ta' Settembru.

Facebook / Division 7


Emil Calleja Bayliss