DJ Armani żgur mhux isem ġdid fix-xena lokali, kellu diversi suċċessi kemm f'pajjiżna u anke wkoll barra minn xtutna. Jidher biċ-ċar li t-tifel tiegħu Denzel Jo ġa qabad il-linja ta' missieru.

Aħna tkellimna ftit ma' Joseph Armani u ma' Denzel Jo wkoll biex insiru nafuhom ftit aktar. Armani jiżvela magħna aħbar li taf taħsad lis-segwaċi tiegħu... imma f'moħħu għandu għan mill-isbaħ.

Niskopru wkoll x'kien talab lil mara Armani meta kellhom lil Denzel. Insomma dan u ħafna aktar fil-Gwida ta’ din i-ġimgħa li ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin minn nhar l-Erbgħa 9 ta' Ottubru.

Facebook / Denzel Jo Armani


Emil Calleja Bayliss