Kevin Paul u Rowen Muscat, żewġ uċuħ familjar żgur! Kevin Paul, jiġi ħu Kurt Calleja u dan l-aħħar rajnieh jagħmel isem fix-xena lokali. Magħruf sew għal kitarra... iżda ftit jafu min kien il-persuna li għenu jibda jdoqq. Fil-ħarġa ta' din il-ġimgħa niskopru dan ukoll!

Mill-banda l-oħra, dawk kollha li jsegwu x-xena sportiva lokali jafu wkoll min hu Rowen Muscat. Rowen tista' tgħid huwa l-aktar footballer li qed igawdi popolarità f'pajjiżna fil-mument u hu ħabib kbir ta' Kevin Paul.

Dawn it-tnejn dejjem għaddejjin b'xi battibekk jew ieħor fuq il-midja soċjali. Dejjem b'xi sfida ġdida... insomma dawk kollha li jsegwuhom fuq il-mezzi soċjali nafu fuq xiex qed nitkellmu. Għal dawk li mhumiex familjari ma' dan... jiskopru aktar fil-ħarġa ta' din il-ġimgħa.

Kif tistgħu taraw fil-filmat minn wara l-kwinti... dawn kollhom kummiedji u biex nieħdu ftit ritratti kienet sfida enormi biex iżommu daqsxejn serji bla ħafna daħk esaġerat! Jidher li hemm ħbiberija sinċiera bejn it-tnejn!

Insomma jekk tinsabu kurjużi jekk dawn it-tnejn għandhomx xi sfida oħra fil-viċin, għandkom iċ-ċans li tiskopru dan u aktar fil-Gwida ta’ din i-ġimgħa li ssibu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin minn nhar l-Erbgħa 2 ta' Ottubru.

Facebook / Clint Gerard Attard


Emil Calleja Bayliss