X Factor ħa jkun qed jirritorna fl-istaġun li jmiss, wara r-rebħa ta' Michela Pace mill-gżira Għawdxija min ħa jkun qed jissielet sabiex jirbaħ din il-kompetizzjoni? Tista' tgħid ninsabu ftit jiem 'il bogħod mill-bidu tat-tieni sensiela.

Aħna ta' Gwida ħadna l-opportunità nitkellmu ftit ma' Howard, Ira, Alex u Ray sabiex naraw x'għandna nistennew eżatt! Sirna nafu wkoll ftit kurżitajiet u liema kienu l-aktar mumenti li jiftakru u x'qed iġorru magħhom wara l-ewwel sensiela!

Insomma jekk intom kurjużi bħalna għandkom iċ-ċans li tiskopru dwar dan u ħafna aktar fil-Gwida ta’ din i-ġimgħa li ssibu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin minn nhar l-Erbgħa 19 ta' Settembru.

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss