Fil-ħajja kulħadd jiżbalja, infatti l-iżbalji jsawruna biex inkunu persuni aħjar u huma inevitabbli. L-iżbalji kien is-suġġett li tkellem dwaru Dr Nicholas Briffa fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook, li dawk kollha li jsegwuh żgur jafu b’kemm ta’ kuljum ixandar mas-segwaċi tiegħu pariri utli kif ukoll kitbiet li tajjeb li wieħed jirrifletti fuqhom.

“Fil-ħajja, ħadd ma huwa immuni mill-iżbalji,” qal hu. “Huwa li jkollna l-umiltà li niskużaw ruħna li tagħmel id-differenza u tagħmilna nies speċjali,” żied jgħid hu.

Huwa normali li fil-ħajja wieħed jiżbalja iżda huwa importanti mmens li wieħed jiskuża ruħu għal dak li jkun għamel.

Facebook/Nicholas Briffa


Charlton Cefai