Fil-ġimgħa tal-festa tas-Salvatur, waħda mill-aktar festi popolari f'pajjiżna, l-attriċi Jackie Bartolo fakkret lil kulħadd dwar fil-ġmiel tat-twemmin u t-tradizzjonijiet Maltin.

Hi kitbet, "Fi triqti lura lejn id-dar ilbieraħ filgħaxija, smajt leħen is-Salvatur. Lejliet il-festa għażiża għar-raħal tagħna. Ma stajtx ma nieqafx... ħarist u rajt li minkejja kollox... int tibqa' hemm Mulej, tħobbna, tħarisna, tmexxina waqt l-uġigħ tagħna. U bħal ma nitolbuk fit-tqarbina tax-xewqa..."

Hi tkompli tgħid, "Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek. Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik, nitma’ fik u nibqa’ nħobbok għal dejjem. Ammen."

Facebook / Jackie Bartolo


Emil Calleja Bayliss