Jekk għandek għal qalbek il-mużika tal-Queen impossibli li titlef dan l-ispettaklu li ħa jsir f'Dar il-Mediterran ġewwa l-Belt Valletta. FM Theatre Productions ħa jkunu qed itellgħu l-musical famuż bil-kanzunetti ta' Queen We Will Rock You.

Il-produtturi ta' dan l-ispettaklu li jiftaħ bħal-lum ġimgħa żgur għandhom warajhom numru ta' produzzjonijiet mill-aqwa fosthom My Fair Lady, Mamma Mia!, Hairspray u Fiddler On The Roof. Dan minbarra numru ta' pantomimi li sena wara oħra jiġbdu mijiet ta' nies lejn it-teatru!

FM Theatre jirritorna bil-kbir grazzi għal We Will Rock You - il-musical ta' Queen u Ben Elton. Għal dawk li mhumiex familjari ma' dan l-ispetakklu, nistgħu ngħidu li hu wieħed mill-aktar musicals li dam għaddej ġewwa l-West End ta' Londra, ġie produċut f'sitt kontinenti sħaħ.

Fost il-kanzunetta insibu Radio Gaga, Somebody To Love, Bohemian Rhapsody u ovvjament We Will Rock You! Jekk dan mhux biżżejjed biex jikkonvinċik, il-kast superb li għandu żgur ħa jħajrek taqta' l-biljetti biex tara dan il-musical flimkien ma' sħabek! Minn ġewwa l-West End Lady Katie Paine u Jordan Carr flimkien ma' numru ta' artisti lokal.

Fosthom insibu lil Tez Camilleri, Francesco Nicodeme, Michela Agius, David Ellul, Edward Mercieca, Aidan Cassar u Dario Mifsud Bonnici. Għal dawk li għadhom ma akkwistawx il-biljetti tagħhom, jistgħu jagħmlu dan billi jżuru s-sit tal-Mediterranean Conference Centre.

L-ispettaklu ħa jsir ħames darbiet, 18 ta' Ottubru fit-20:00, fid-19 ta' Ottubru fis-14:30 u fit-20:00 u fl-20 ta' Ottubru fis-14:30 u fit-20:00! X'qed tistennew?


Emil Calleja Bayliss