Clifford Galea huwa attivist li jaħdem ħafna biex iqajjem għarfien dwar il-vizzju tad-droga. Ilbieraħ u qasam xi ħaġa li ġratlu.

Hu kiteb fuq il-paġna tiegħu, “Fettilli fittixt ismi fuq chatgpt u b’sorpriża qalli hekk; Clifford Galea huwa magħruf bħala wieħed li qed jirkupra mill-vizzju tad-droga, dak l-aspett ta’ ħajtu jista’ jagħti kontribut għall-personalita’ pubblika tiegħu u x-xogħol li jagħmel, potenzjalment jispira lil ħaddieħor li qed jaffaċċja sfidi simili. Stejjer ta’ rkupru mid-droga ħafna drabi jipprovdu t-tama u l-inkoraġġiment lil dawk li qed ibatu mill-vizzju tad-droga.”

Hu kompla, “Kemm hu sabiħ li ngħinu lil xulxin u nagħtu kuraġġ flok niġġudikaw. Min hu perfett fil-ħajja? Min jaħseb hekk, ikun qed imur żmerċ. Nirċievi ħafna messaġġi biex ngħin lil persuni f’kull ħin tal-ġurnata. Naf kemm hawn tbatijiet 💔 Nieħu gost ngħin ħafna. Biss dejjem irrikorru wkoll għall-għajnuna professjonali. Jien għandi biss esperjenza x’naqsam li nagħmilha minn qalbi. Agħmlu kuraġġ l-aħwa. Kollha qegħdin f’baħar wieħed … min għandu salib u min għandu domna. Emmnu!”

Galea huwa verament persuna li għandna nammiraw għaliex qed juża l-esperjenza tiegħu biex jgħin lil ħaddieħor għaddej minn sitwazzjonijiet simili.

Facebook/ Clifford Galea


Gabriella Borg