Wara nuqqas ta’ sentejn Notte Bianca se tirritorna nhar is-Sibt li ġej b’aktar minn 50 avveniment mifruxa mal-Belt Valletta b’wirjiet multidixxiplinari li jvarjaw f’diversi forom tal-arti, inklużi żfin, stallazzjonijiet artistiċi, mużika u teatru. Il-programm ta’ din is-sena jinkludi diversi artisti lokali u internazzjonali, fosthom Freddie Portelli, ManaTapu, Tribali, Fakawi, Marisa D’Amato u Marty Rivers, Versatile Brass, Klinsmann, The Mel Collective feat . Matthew James u Karin D, u l-mistiedna speċjali ta’ din is-sena The Kolors, fost oħrajn.

Peress li dawn l-avvenimenti kollha se jkunu qed iseħħu fl-istess ħin, Festivals Malta organizzaw il-wirjiet f'rotot differenti sabiex l-udjenzi jkunu jistgħu faċilment isibu l-avvenimenti li jinteressawhom l-aktar. Ir-rotot ta’ din is-sena huma dawn: ir-rotta tat-tfal, ir-rotta alternattiva, ir-rotta l-klassika, ir-rotta tal-mużika, ir-rotta l-ħamra, ir-rotta taż-żfin u r-rotta tat-teatru. Mappa bir-rotot u l-avvenimenti kollha hija disponibbli hawn: https://bit.ly/3CkwazR

Bil-parteċipazzjoni kbira sinonima man-Notte Bianca, it-toroq tal-Belt Valletta se jkunu miżgħuda bl-attivitajiet matul il-lejl kollu. Sabiex tittaffa l-konġestjoni tat-traffiku, huwa rakkomandat li il-pubbliku ġenerali juża t-Trasport Pubbliku, li mill-1 ta' Ottubru se jkun bla ħlas. It-Tal-Linja Card trid tiġi ppreżentata abbord. Il-Malta Public Transport se tkun qed iżżid ukoll il-frekwenza tat-trasport pubbliku wara l-11pm, b’rotot speċjali tal-karozzi tal-linja maħluqa speċifikament għan-Notte Bianca. Tista' ssib l-iskeda tar-rotot speċjali hawn: www.festivals.mt/post/be-prepared-for-notte-bianca.

Dawk li xorta jixtiequ jivvjaġġaw bil-vettura personali tagħhom għandhom ikunu jafu li l-Belt Valletta mhux se tkun aċċessibbli wara d-9:30 tas-Sibt filgħodu. Il-pubbliku ġenerali jista’ jaċċessa l-Belt Valletta bil-karozza permezz tar-ringroad biss. Madankollu Transport Malta tirrakkomanda li dawk li jivvjaġġaw bil-vetturi tagħhom stess, jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Park and Ride peress li l-parkeġġ qrib il-Belt huwa limitat ħafna. Ir-residenti tal-Belt Valletta se jkollhom aċċess sħiħ għall Belt Valletta, inkluż il-parkeġġ, bl-eċċezzjoni ta’ Triq San Pawl biss, li se tkun magħluqa matul Notte Bianca, u huma meħtieġa jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom. Uffiċjali ta’ Transport Malta se jkunu disponibbli fuq il-post għall-immaniġġjar tat-traffiku.

Saru wkoll arranġamenti speċjali għal nies bi bżonnijiet speċjali. Dawk li għandhom il-blue badge jistgħu jipparkjaw f’żona ta’ parkeġġ apposta f’South Street.

Din is-sena, in-Notte Bianca se tirritorna bil-kbir, b’mijiet ta’ artisti jingħaqdu f’serata waħda memorabbli, nistiednu lill-pubbliku ġenerali biex jingħaqad magħna f’din iċ-ċelebrazzjoni mill-isbaħ. U ftakru: ‘Anything you want, You got it!

Għal aktar informazzjoni dwar in-Notte Bianca żur www.festivals.mt/nb.

et, li jistgħu jiġu identifikati mill-Poster ta’ Quick Access. Il-lista ta’ dawn il-postijiet ġiet ippubblikata fuq is-sit elettroniku ta’ Festivals Malta.

Din is-sena, in-Notte Bianca se tirritorna bil-kbir, b’mijiet ta’ artisti jingħaqdu f’serata waħda memorabbli. Għal aktar informazzjoni dwar in-Notte Bianca żur HAWN 

Vince Piscopo


Kyle Zarb