Festivals Malta ħabbar li ħa jixxandar programm televiżiv matul ix-xhur li ser iwasslu għat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Bl-isem ta’ “Mużika Mużika: Il-Vjaġġ Ikompli”, dan ser juri l-ġrajja ta’ numru ta’ artisti Maltin, kollha ħerqanin biex juru l-kapaċitajiet tagħhom.

X’inhi l-konnessjoni bejn dan il-programm u l-festival ta’ Mużika Mużika?

Dan il-programm huwa maħsub biex jgħin artisti ġodda jiżviluppaw it-talenti tagħhom, biex itejbu l-karriera tagħhom u biex ikunu iktar preparati għal din l-industrija, kif ukoll biex ikunu mħarrġa għal Festivals bħal Mużika Mużika. Rabta iktar diretta mal-Festival hija l-fatt li r-rebbieħ tal-kompetizzjoni li ser tiżvolġi fl-aħħar episodju ta’ dan il-programm awtomatikament jikkwalifika bħala semifinalist ta’ Mużika Mużika.

Biex tkun tista’ tapplika jrid ikollok bejn is-16 u l-21 sena, ċittadinanza jew nazzjonalita` Maltija u ma tridx tkun ħadt sehem fil-Eurovision, X Factor Live Shows jew Mużika Mużika.

Dawk li huma interessati biex ikunu parti minn dan il-programm, huma mħeġġa japplikaw onljan fuq: www.festivals.mt sas-6 ta’Awissu.


Gwida.mt