Il-paġna ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’ lbieraħ fakkru l-anniversarju tad-Domma tal-Assunta, iddikjarata mill-Papa Piju XII fis-sena 1950.

Huma kitbu, “Illum, l-1 ta’ Novembru, solennita’ tal-Qaddisin kollha hu wkoll l-74 anniversarju tad-Domma tal-Assunta. Kien il-Papa Piju XII li nhar l-1 ta’ Novembru 1950 iddikjara bħala Domma ta’ Fidi li l-Madonna, wara li temmet ħajjitha fuq l-art, ġiet imtella’ fis-sema bir-ruħ u l-ġisem. Aħna, bħala ulied parroċċa ddedikata lil Marija Assunta, nitolbuha żżomm ħarsitha fuqna u fuq il-familji tagħna. Il-Kumitat Festa Esterna jħares ‘il quddiem li sena oħra niċċelebraw kif jixraq il-anniversarju minn dan l-avveniment importanti għall-Knisja Kattolika.”

Ġurnata speċjali għal min isegwi t-tagħlim kattoliku għaliex seħħ miraklu kbir fejn ommna Marija telgħet is-sema bir-ruħ u bil-ġisem. Nitolbuha żżomm idejha fuqna.

Facebook / Festa Santa Marija - Ħad-Dingli


Gabriella Borg