Ferraracasa, huwa wieħed minn negozji lokali li bdew fis-snin 70 f'pajjiżna u li tul dawn l-aħħar 50 sena komplew jikbru u jiżviluppaw sabiex dejjem jkunu jistgħu jservu bl-aħjar mod lill-klijentela tagħhom. It-tielet ġenerazzjoni tal-familja li llum il-gurnata tmexxi dan in-negozju, dejjem kellha għan ewlieni, li jieħdu ħsieb il-klijentela tagħhom u jifhmu l-bżonijiet ewlenin tas-settur sabiex dejjem joffru servizz mill-aqwa.
Jekk trid timla d-dar tiegħek, bi prodotti affidabbli u servizz sodifaċenti, l-għażla tiegħek għandha tkun Ferraracasa. Illum il-ġurnata fi ħdan ix-showroom tagħhom wieħed jista' jsib kċejjen, kmamar tas-sodda, kmamar tal-ikel, kmamar tas-salott b'sufanijiet mill-aqwa, għamara tal-uffiċċju u ħafna aktar!
Tajjeb li nfakkru li x-showroom tagħhom tinsab f’Valley Road, Birkirkara, post ċentrali u faċli biex tasal għalih, fejn issib għażla estensiva ta’ għamara li tissodisfa kull bżonn u stil. Iftaħ il-mappa billi tagħfas HAWN biex tifhem aħjar fejn tista' ssibhom.
Għamara ta’ Ġewwa Li Ssib Bilanċ Bejn Stil u Prattiċità
Ferraracasa joffru firxa wiesgħa ta’ għamara ta’ ġewwa, li tinkludi:
- Kċejjen li jgħaqqdu funzjonalità u disinn modern bħal ALA Cucine.
- Kmamar tas-sodda eleganti, inkluż gwardarobbi u walk-in wardrobes personalizzati.
- Kmamar tal-ikel u wkoll tas-salott, minn imwejjed u siġġijiet sa TV Units, u sufanijiet li tista’ tippersonalizza skont il-bżonnijiet tiegħek.
Offerti Speċjali għall-Bidu tas-Sena!
Tul ix-xahar ta' Jannar, Ferraracasa qed joffru skontijiet sa 50% skont fuq għamara mill-istokk preżenti u sa 30% skont fuq għamara personalizzata.
Għamara Personalizzata
- 30% off fuq kċejjen ALA Cucine u TV Units.
- 20% off fuq imwejjed, siġġijiet u banketti.
- 20% off fuq sufanijiet.
- Sa 30% off fuq kmamar tas-sodda, walk-in wardrobes u għamara għall-kamra tas-sodda.
L-offerti huma validi biss sakemm il-prodotti jkunu fl-istokk jew sat-tmiem ta’ Jannar, għalhekk agħmel l-ordni tiegħek illum stess!
Agħmel Appuntament Biex Tkun Żgur Li Tirċievi Servizz Personalizzat
Minħabba d-domanda għolja, nirrakkomandaw li tagħmel appuntament għal konsultazzjoni billi żżur www.ferraracasa.com.mt/appointment.
Ħinijiet Estiżi u Sigħat Speċjali
Tul Jannar, Ferraracasa se jkunu miftuħa wkoll il-Ħdud mis-10:00 sal-13:00 biex jagħtu aktar ċans lill-klijenti jżuru l-ħanut.
Tibdiex is-sena l-ġdida mingħajr ma tiċċekkja l-opportunitajiet uniċi ta’ Ferraracasa. Żur www.ferraracasa.com.mt illum u agħmel l-ewwel pass lejn id-dar li dejjem ħlomt biha!