Omm Christopher, magħruf l-iktar bħala ‘Il-Kaboċċ’ saret popolari man-nies permezz tal-karattru umli u umoristiku tagħha u ta’ ibinha Cristopher. Din il-ġimgħa, ‘ix-xwejħa’, hekk kif inhi mlaqqma minn Christopher u s-segwaċi tagħhom, għamlet operazzjoni sabiex ittejjeb il-vista tagħha. “Ferħan ħafna li l-operazzjoni t’ommi irnexxiet. Ma kienet qed tara xejn u għall-grazzja t’Alla ġiet tara. J’Alla tibqa’ sejra hekk” kiteb Christopher flimkien ma’ filmat tiegħu u tax-‘xwejħa’.

Għalkemm tinsab l-isptar, xorta ma tiqafx milli tgħid xi waħda minn tagħha. “Iġri jibatuni għax issa nara l-world cup” qalet lil ibinha!

Facebook / @Il-Kaboċċ u x-xwejħa


Nicole Zammit