Felix Busuttil ma għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni, ismu llum il-ġurnata marbut maż-żfin u mal-kumpanija tiegħu YADA Dance Company. F'Mejju li għadda, ikkontesta wkoll l-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej.
Ritratt: Facebook / Christine J. Muscat-Azzopardi
Ħajjet Felix kif wieħed jista' jara mimlija mhux ħażin, iż-żeffien illum jagħlaq 55 sena. Kien imwieled ġewwa r-Rabat, Għawdex. Ħa l-ewwel lezzjonijiet taż-żfin ta' 17-il sena ġewwa Alison White Dancing Studios, ta' 20 sena mexa għand Tanya Bayona Poutiatine Academy of Ballet u ta' 23 sena mar Londra jistudja ġewwa l-London Studio Centre.
Minn hemm ma waqafx... fl-1984 waqqaf il-YADA Dance Company li tellgħu diversi spettakli matul is-snin u anke marru barra minn xtutna fuq wirjiet inkluż, Id-Danimarka, Ċipru, Spanja, Il-Ġermanja, Il-Portugall, Ir-Renju Unit, L-Indja, Svizzerra, Dubai, It-Tuniżja, Franza, Il-Libja u T-Turkija.
Ritratt: Kevin Formosa - Facebook / Felix Busuttil
Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Felix l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. Ċertament li ħa jkompli jwasslilna spettakli mill-aqwa f'isem il-kumpanija tiegħu u t-tim kbir li jaħdem miegħu. Agwuri Felix!