Il-każijiet il-ġodda tal-Covid-19 f'Malta varjaw drastikament matul il-ġimgħa li għaddiet, bi 15-il każ irrappurtati fl-20 ta' Mejju u 15 oħra l-għada. Madankollu, dawn iċ-ċifri tista' tgħid naqsu drastikament matul l-aħħar jiem, b'każ ġdid irrappurtat nhar il-Ħadd u ieħor irrappurtat illum.

Il-ġurnalisti waqt il-konferenza stampa staqsew dwar l-RFactor ta’ Malta fid-dawl ta’ dan kollu, il-Professur Charmaine Gauci wieġbet li ninsabu lura għal madwar RFactor ta' wieħed. Hi sostniet, "Dan huwa sinjal tajjeb ħafna, madankollu rridu nkomplu nissorveljawh."

Meta elaborat fuq il-metodu ta' kalkolu, il-Professur Gauci qalet li rridu niftakru li meta jiġi kkalkulat l-RFactor, il-każijiet bla sintomi huma kkunsidrati wkoll. Għalhekk, meta tieħu dan inkonsiderazzjoni flimkien man-numru ta' testijiet li jkunu qed isiru, inkunu nafu eżattament fuq xiex huwa bbażat l-RFactor.

View this post on Instagram

A post shared by MaltaGozo (@malta.gozo) on

Importanti li jkun ibbażat 'il barra mit-testijiet. Fil-fatt, Malta għandha waħda mill-ogħla rati ta' ttestjar per kapita. Il-Professur Gauci ikkonkludiet li l-RFactor jeħtieġ li jkompli jitbaxxa: "1% tan-nies bla sintomi li jersqu 'l quddiem għat-test qed jittestjaw pożittiv - dan jindika tixrid fil-komunità," qalet.

Instagram / malta.gozo


Emil Calleja Bayliss