Il-praspar jiġru lil kulħadd u napprezzaw min ikun kapaċi jidħak bih innifsu. L-attriċi Pauline Spiteri Bugeja tirrakkonta storja li ġratilha.

Hi tibda tirrakkonta, "Xi ftit snin ilu kien sajf qalil bħal dan tal-llum u kellna tieġ. Fost il-frustrazzjoni li ma kelliex aptit immur nagħmel xagħri fis-13:00 għax il-quddies kienet fl-16:30 u xtaqt nattendi għal quddiesa wkoll għax kien ta’ tifla ta’ ħbieb tagħna, intfajt’ fuq is-sodda u rqadt."

Hi tkompli, "Qomt fis-13:15 u qisni miġnuna biddilt libsa u tlaqt niġri għand Angela il-hairdresser li tinsab viċin. Skużajt ruħi li kont tard u wara ftit indunajt li kont liebsa fifloppa roża kollha fjuri tal-plastik (bejnietna t-tifla kienet xebgħet tgħidli maaa xi kruha, armih!) u oħra plejn sewda... Ħin minnhom għajjat, 'iiiiiiihhhhh ara jien xi lbist!'"

Pauline tgħid, "Kien hemm erba' min-nies jistennew u tistgħu taħsbu kemm daħku!! U saħansitra kien hemm tifla ta’ ħabiba li qalet li gerfixta!!! Ukoll! Ħeqq fejn il-bieb dejjem ikolli xi 4 pari differenti u bil-ġenn ilbist waħda u waħda! Kollni praspar!!!"

Facebook / Pauline Spiteri Bugeja


Emil Calleja Bayliss