Fuq il-midja soċjali, it-tabiba u nutrizzjonista Dr. Antonella Grima tkellmet dwar metodi nteressanti kif nistgħu naħdmu biex ikollna immunità b'saħħitha.
Hi tibda b'fatt kurjuż dwar l-ikbar alleat f'ġisimna li jaħdem kontra l-mard, li hu l-hekk imsejjaħ microbiome. Dan huwa sistema f'ġisimna li jgħin biex aħna nikkumbattu kontra l-mard li għandu għamla ta' grupp ta' mikrobi. Dr. Grima tisħaq li għandna nieħdu ħsiebu permezz ta' ikel sustanzjuż.
Tisħaq ukoll li aktar kemm nieħdu frott u ħaxix, aktar insaħħu l-immunità ta' ġisimna. Tinkoraġġina niddedikaw aktar ħin għal eżerċizzju; anke sempliċiment li tmur mixja kuljum.
Instagram/ smoothies21diet/ medicalmicrobiology