Fuq il-programm Bundytime li jippreżentah John Bundy, u Chrysander Agius kellu jirrakkonta storja ta’ meta ġratlu biċċa meta kien qiegħed jagħmel il-parti ta’ Ġaħan f’xow.

Wara li lesta mill-kamra l-baxxa, Chrysander kompletament nesa’ l-beritta tal-kostum, u kellu jmur lura għaliha. Meta wasal lura, sab 3 min-nies jitkażaw bir-riħa li ħalla! Din ma setgħax jiżgiċċa minnha imma, għax il-beritta bilfors riedha għax-xow, u tgħidx kemm daħku meta raw min kien dak li fewwaħ il-kamra!

 


Nicole Zammit