Il-paġna ta’ Puttinu Cares irringrazzjat lill-familja b’qalb tad-deheb li żejnet il-faċċata tad-dar tagħha ġewwa Ħal-Lija bid-dwal mill-isbaħ biex tiġbor id-donazzjonijiet għal Puttinu Cares.
Fuq il-paġna kitbu kelmtejn ta’ ringrazzjament. “Nirringrazzjaw lil Matthew Conti u l-familja tiegħu li fil-Halloween u fil-Milied iżejnu l-faċċata tad-dar tagħhom b’tiżjin tant sabiħ ġewwa Ħal-Lija. Waqt li n-nies imorru jaraw u jgawdu dan ix-xoġħol prestiġjuż, il-familja jkunu barra jiġbru donazzjoni fejn din is-sena rnexxielhom jiġbru somma sabiħa ta’ €1210. Grazzi f’isem Puttinu lil din il-familja u ħbieb tas-sapport kontinwu.”
Ma tistax ma tammirax id-determinazzjoni tagħhom! Żgur li din is-somma flus se tgħin tant nies fil-bżonn. Grazzi ta’ dan il-ġest nobbli!
Facebook / Puttinu Cares