Permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ Facebook personali tiegħu, iben Nicholas Camilleri r-raġel ta’ 55 sena li riċentament instab mejjet, tefa’ post ta’ qsim il-qalb dwar is-sitwazzjoni li ħasded lil ħafna nies.

Fost il-kliem mill-isbaħ li ibnu qal hu żied “daqshekk tlabtek pariri għal xi installazzjoni fid-dawl jew x'tip ta’ għodda jaqbilli nixtri. Daqshekk saqsejtni kif tagħmel xi ħaġa semplici fuq il-laptop jew għal xiex mhux jaħdem il-printer.”

Fuq nota aktar serja, ibnu sostna jgħid “fallietek is-sistema, fallewk il-professjonisti tas-saħħa. Kellek bżonn il-kura u waqqfuhielek bla ma qalu lil ħadd. Kellek bżonn monitoraġġ mit-tobba u waqqfuhielek ukoll.

Strieħ fis-sliem, Nicholas!


Charlton Cefai