Danusan permezz tal-paġna tagħhom ħabbru li, "B'dispjaċir navżaw li x-xow li konna se ntellgħu f'Settembru #fakit issa huwa mħassar, wara d-direttivi li ħarġu mill-istat."

Huma jkompli jgħidu, "Malli tgħaddi l-imxija tal-Covid-19 inħabbru xow ieħor u nkunu nistgħu nitrasferixxu l-biljetti li kien hemm maqtugħa għal dan ix-xow għall-proġett il-ġdid. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntatjawna fuq 22662726 jew email [email protected]."

Itemmu bil-frażi, "Grazzi - nisperaw għal żmien aħjar!!" Dawk kollha li kienu qed jittamaw jaraw lill-Professur Xażlejn ħa jkollhom jistennew ftit ieħor. Jidher li l-karattur żgur ħa jattira ħafna attenzjoni.

Facebook / Danusan


Emil Calleja Bayliss