Faith Micallef Galea hi tifla ċkejkna ta’ seba’ snin minn Ħal-Għaxaq, b’passjoni lejn l-immudellar. Hi telgħet l-Italja Milan bil-għan li tirrappreżenta lil Malta f’kompetizzjoni prestiġjuża internazzjonali tal-immudellar.

Il-ħidma u t-talent tagħha dehru biċ-ċar f’din il-kompetizzjoni għaliex irnexxielha tikseb l-ewwel post u kisbet ukoll it-titlu ta’ Top Model 2025. Hi kellha libsa bajda l-ġmiel tagħha u t-tbissima fuq fommha kompliet turi biċ-ċar kemm tinsab ferħana li kisbet dan it-titlu.

Fuq il-paġna tagħha ommha kitbet, “Wooww Faith qed inħossuna qisna qegħdin fuq il-qamar. Dejjem kburin bik aħna xx”.

Nifirħulha mmens ta’ dawn ir-riżultati eċċellenti li rċeviet f’Milan, post magħruf ħafna għall-immudellar. Qed tagħmel lill-gżira ċkejkna tagħna verament kburija u aħna ħerqanin biex narawk tikseb iżjed success fl-immudellar fil-futur ġejjieni!

Facebook / Pamela Micallef Galea


Gabriella Borg