Il-paġna uffiċjali ta' Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division għal darb'oħra ppubblikat diversi ritratti li juru l-ħidma bla waqfien tal-ħaddiema biex ikollna ambjent nadif f'pajjiżna speċjalment wara l-effetti tat-temp li jkollna.

"F'temp mhux idejali li taħdem fih slitna ftit ritratti tal-ħidma minn sezzjonijiet differenti. Madwar il-pajjiż, flimkien il-ħaddiema tagħna jaħdmu qatigħ biex pajjiżna jkun nadif."

Il-ħaddiema narawhom dejjem għaddejjin bit-tindif intensiv taħt it-tmexxija tad-Direttur Ġenerali Ramon Deguara fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika.

Infakkru li wieħed jista' juża l-app Clean and Upkeep biex jirrapporta fejn jista' anke jinkludi l-pin location.


Kyle Zarb