Il-paġna Eurovision Song Malta għadha kemm ħabbret li llum f'nofsinhar ser jiżdied l-eċitament, hekk kif ser ikunu qed iħabbru diversi aktar dwar il-Malta Eurovision 2025. Biss biss il-pubbliku ser ikun jista' jisma' u jara filmati bil-lirika tal-24 kanzunetta semifinalista.

"Ser inniedi l-marka l-ġdida tagħna, niżvelaw il-palk meraviljuż, intellgħu l-filmati tal-lirika, u nħabbru l-allokazzjoni tal-kanzunetti. Titlifx mument u ngħaqad LIVE fuq TVM+ u hawn fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook!"

Il-vjaġġ għal Malta lejn il-Eurovision Song Contest 2025 ser jibda issa!


Kyle Zarb